Avviżi tal-Parroċċa – 26 ta’ Jannar 2025

Katekezi mill-grupp Neo Katekumeni

Qatt ħadt mumentm biex tagħraf l-iskop ta’ ħajtek u fejn Alla jidħol f’dan kollu? Din hi stedina għalik. Agħmel il- pass. Erġgħa skopri l-Imħabba tiegħu. Katekezi għall-Adulti u zgħazagħa, Kull nhar ta Tnejn u Ħamis mis-6 ta’ frar fil- Kappella ta San Ġakbu. Membri tan-Neokatekumeni matul dan il- ġranet ser iqassmu xi invitia fi djarna.

ZAK Żurrieq

Ser isir Open  day illum, il-Ħadd ser ikun miftuh mid-9:00am sa 12:00pm. Zak Zurrieq jixtieq jinforma liż-żagħżagħ minn 16 sa 20 sena  li jixtieq jibdew jattendu,  jmorru c-centru u jħallu d-dettalji.

Festa ta’ San Agatha fil- Kappella tagħha se tiġi iċċelebrata nhar il- Ħadd 2 ta’ Frara fit-3.30pm Inħeġġu id-devoti u lin-nies tal-Madwar jattendu.

Il- Ħadd, 2 ta’ Frar niċċelebraw il- Festa tal- Kandlora, il- Presentazzjoni tal- Mulej. Fis-6.00pm Fil- Knisja Arċipretali issir it-Tberik tax-Xemgħa.

Pellegrinaġġ tal- Ġiblew tat-tama għat-Terzjarji Karmelitani  u devoti tal- Madonna għas-Santwarju tal- Madonna tal-Karmnu , il- Belt Valletta. Nhar it 12 ta’ Frar. Min hu interessat ikellem lil Carmen Farrugia.

Żebgħa tal-Knisja Arċipretali.

Beda x-xogħol ta’ żebgħa tal-Knisja Arċipretali.Matul din il-ġimgħa ġbarna €570 Euro  għal dan il- proġett. Nirringrazzjaw lil dawn il-benefatturi.

Nitolbu Għal ħutna: Carmena Zahra, Theresa Camilleri, Emanuel Ghigo, Barbara Camilleri  li  għaddew għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa.

Comments are closed.