Inkomplu bil-quddies u tberik fiż-żoni:
Żona 9 : It-Tlieta: Taħt ir-Raħal 30 ta’ April 2024: Quddiesa fis-7.00pm Fil-Ġnien il-Bennej: Vjal ix-Xarolla, Toroq Testaferrata, Rokku Buhagiar, De Mello, Francesco Zahra, Dun Mikiel Damato, M. Perez D’Aleccio, San Pawl, Sajjieda, Arturo Dimech, Fonzu Gauci, Kalanġ Saliba, Leli Camilleri, 23 ta’Lulju 1942.
Żona 10: Il-Ġimgħa . Tal-Bebbux 3 ta’ Mejju 2024 – 6.30pm ( minħabba l-akkademja) Quddiesa fis-6.30pm – Fi Triq il- Kanonku Vincenz Balzan. – It-Toroq kollha fiż-żona tal-Bebbux I u II, mit-Triq tal-Qrendi sa Triq Ħal Millieri.
Akkademja Mużiko-Letterarja fl-okkażjoni tal-200 sena mill- miġja tal-istatwa ta’ San Ġużepp, nhar il-Ġimgħa bil-parteċipazzjoni tal-Banda Queen Victoria fit-8.00pm. L-Akkademja se tkun taħt il-patroċinju tal-Isqof Joe Alessandro OFM cap.
Pellegrinaġġ bl-Istawa ta’ San Ġużepp : Nhar il- Ħadd filgħaxija fis-6.00 p.m Quddiesa u wara se jiġi organizzat pellegrinaġġ bl-istatwa ta’ San Ġużepp.
Mużew subien għal dawk li qegħdin Year 1: se jibdew mit-Tlieta 30 ta’ April bejn il-5:15pm u 5:45pm. Il-lezzjonijiet jibdew ikunu kull nhar ta’ Tlieta u l-ġenituri jistgħu jirreġistraw lit-tfal fil-Museum fi Triq San Luqa. Iktar informazzjoni fuq Facebook jew mill-Museum stess.
Adorazzjoni Ewkaristika fil- Mużew tas-Subien: Is-Sibt 4 ta’ Mejju bejn 8:30am u t-8:30pm matul il-jum ikun hemm ħafna mumenti ta’ skiet u anke ħin ta’ talb organizzat bit-talbiet ta’ San Ġorġ Preca. Dakinhar il- kappella ta’ San Ġakbu tkun magħluqa.
Katekeżi mill-Mixja Neokatekumenali ħdejn it-Terminus, nhar il-Ħadd li ġej waqt in-nofs ta’ nhar ta’ filgħodu.
Irtir Nazzjonali tat-Terzjarji Karmelitani, nhar l-10 ta’ Mejju, fil-Knisja tal-Ħniena Divina. Min hu interessat ikellem lil Carmen Farrugia.
Nitolbu għal ruħ ta’ Maria Cucciardi, Andreana Balzan u Maria Assunta Abela li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa: Agħtihom, o Mulej.