Avviżi tal-Parroċċa – 29 ta’ Diċembru 2024

Ġublew tat-Tama

Lejliet il-Milied, bil-ftuħ tal-Bieb Imqaddes tal-Bazilika tal-Vatikan nfetħet is-sena tal-Ġublew tat-Tama. F’din is-sena l-knisja qed tistedinna nkunu pelegrini tat-tama. Ilejla, il-Ħadd, l-Arċisqof jiftaħ il-ġublew fid-Djoċesi tagħna fl-Imdina, b’pelleginaġġ li ser jibda mir-Rabat fil 5.00pm .   Fil-Parroċċa tagħna se nimmarkaw dan il-mument il-Ġimgħa 17 ta’ Jannar. Dakinhar il-quddiesa ta’ fil-għaxija tkun parti min ċelebrazzjoni ta’ talb li tibda fis-7pm. Aktar viċin jingħataw aktar dettalji. Nitolbu biex din tkun sena ta’ grazzja għalina lkoll.

It-Tlieta  huwa l-aħħar tas-sena:

Wara il-Quddiesa tat-7.45am, Ġesu Sagramentat se jkun espost matul il-ġurnata kollha fil-Knisja Arċipretali għall-addorazzjoni tagħna. Tkun ħaġa tajba li nsibu ftit ħin mall-Mulej. Mid-9.00am sal-11.00 se jkollna saċerdot barrani għall-Qrar. Fil-5.00pm imbagħad ikollna adorazzjoni organizzata segwita’ b’quddiesa kantata fis-6.00 pm. Waqra il-Quddiesa jitkanta it-Te Deum u tingħata il- Barka Sagramentali.

  • Fil-kappella tan-Nigret ikun hemm quddiesa u Te Deum fil-5.30 pm.
  • Fil-kappella ta’ Bubaqra ikun hemm ukoll quddiesa u Te Deum fis-6.30 pm.

L-Erbgħa l-Ewwel tas-sena, Festa Ta’ Omm Alla,  u Jum il-Paċi, il-quddies kollu jkun bħal dak ta’ nhar ta’ Ħadd.

Festa ta’ Ġenerożità :L-Ewwel tas-Sena, tiġi ċċelebrata Festa ta’ Ġenerożità b’risq id-Dar tal-Providenza; dak inhar ikun hemm Open Day u ġbir ta’ fondi għal din id-Dar li tagħti ħafna mħabba u kenn lil persuni b’diżabilità u li tiddependi mill-Providenza u mill-imħabba tagħna. Il-ġbir li se jsir lejlet u fl-Ewwel tas-Sena se jkun bħala offerta għall-istess skop. Nkunu Ġeneruzi.

Wirja ta’ Presepji :Infakkru fil-wirja  ta’ presepji fil-Kappella ta’ Sant’ Andrija (tax-Xarolla).  Il-wirja tkun miftuħa mill-5.30pm u sas-7.30pm sa nhar it-Tlieta. Illum il-Ħadd tkun miftuħa mill-10.00 sa 12.00am.

Comments are closed.