Avviżi tal-parroċċa – 31 ta’ Marzu 2024

Quddies fiż-Żoni u Tberik 2024

Bħalma għamilna s-sena l-oħra, minn nhar it-Tlieta se nibdew il-quddies fl-14-il Żona  jsiru f’dawn ix-xahrejn li ġejjin.   F’kull żona se tkun iċċelebrata quddiesa għan-nies tal-madwar. Wara l-quddiesa, kull familja tingħata kontenitur bl-ilma mbierek u santa tat-tberik. B’hekk membru tal-familja jista’ jbierek lill-familja u d-dar.

Il-quddiesa tibda fis-7.00 pm. Qabel il-quddiesa se jkun hemm servizz tal-qrar u wara l-quddiesa mħeġġin nibqgħu ftit tal-ħin flimkien biex nitkellmu ftit bejnietna f’atmosfera soċjali. L-Arċipriet se jkun disponibbli biex min ikun irid ikellmu jkun jista’ jagħmel dan. Idealment kulħadd jattendi għall-quddiesa fiż-żona indikata, għaliex l-iskop huwa wkoll li jissaħħaħ is-sens ta’ għaqda fost il-ġirien. Pero’ jekk għal xi raġuni wieħed ma jkunx jista’, huwa mħeġġeġ jattendi f’waħda minn dawn l-attivitajiet, speċjalment f’xi żona viċina. Fl-istess ħin infakkru li dan se jkun mument għal dik iż-żona biss u mhuwiex l-iskop ta’ dawn il-mumenti li niġbru nies mill-Parroċċa kollha f’żona waħda. Il-quddies li qed isir fil-knejjes tagħna se jibqa’ jsir b’mod normali. Tradizzjonalment fit-tberik wieħed kien jagħti offerta għall-Knisja. Min irid jista’ jibqa’ jagħmel dan. Kull offerta hija apprezzata.

L-Ewwel Żona

Taħt iċ-Ċint, Nigret, Nhar it-Tlieta, li tinkludi Triq Wied Babu, Togores, Miżieb, Ġianferli’, Zondadari, Gio Batta Saydon, Franġisk Coleiro, Benedittini, Luret Zammit, Ġużepp Farrugia, u Misraħ San Ġorġ, Triq il-Kanġu, Widnet il-Baħar, Karmnu Zammit, GM Borg, Xandru D’Amato, Wied, Ferdinandu Falzon, Franġisk Bugeja, Merill, Antonia Farrugia, Qroll u Tunnara. Blue Grotto Ave. minn Wied Babu sat-Tunnara.

It-Tieni Żona

Il-Bandli  se ssir nhar il-Ġimgħa, li tinkludi Triq Carmelo Caruana, Stefano Zerafa, Triq il-Qrendi, Dun Ġużepp Zammit, Triq Santu Formosa, Triq l-Imqabba, Blue Grotto Avenue, Triq Santa Katarina u Triq il-Ħaddiem.

Jibdew L-Erbgħat tal-Karmnu

Nhar l-Erbgħa jibdew l-Erbgħat tal-Karmnu. Fis-7.00 pm jingħad ir-Rużarju u fis-6.30 pm ssir il-quddiesa, tingħad il-Kurunella u barka sagramentali. Matul l-Erbgħat ikun hawn qassis barrani għall-qrar mill-5.00 pm ’il quddiem.

Festa tal-Ħniena Divina

Nhar il-Ħadd li ġej hija l-Festa tal-Ħniena Divina; għalhekk, fil-5.00 pm issir l-adorazzjoni tal-Ħniena Divina u wara nkomplu bil-quddiesa. Inħeġġu lil kulħadd biex jieħu sehem.

Nitolbu għal ruħ Felic Grech li għadda għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa:

  • Agħtih, o Mulej.

Comments are closed.