F’isem id-Dar tal-Providenza, nixtiequ nirringrazzjaw lil kulħadd għall-offerta li għamilna u ġiet
prezentata waqt il-Maratona fil-Festa ta’ Generozita’ nhar l-Ewwel tas-Sena.
Is-Somma totali kienet ta’ € 12,286.
Din is-Somma tinkludi il-ġbir li sar fil- Knsija Arċipretali (5,583), fil-Knisja tan-Nigret(€383) umill- Knisja ta’ Bubaqra (€580). Kif ukoll mill- Bukkett ta’ Mħabba fil-festa ta’ Santa Katarina(€2,286),Mill- Karus ta’ Mħabba(€754) Fl-okkazzjoni tal-50 sena mill- Ordinazzjoni ta’ Mons Carm Camilleri 2700
Laqgħa għall-anzjani, nhar it-Tnejn, se ssir fid-8.30 am, fl-oratorju tal-knisja.
Laqgħa għat-Terzjarji u devoti tal-Madonna tal-Karmnu, Nhar it-Tlieta fl-4.00pm
Ġublew tat-Tama
Lejliet il-Milied, bil-ftuħ tal-Bieb Imqaddes tal-Bazilika tal-Vatikan nfetħet is-sena tal-Ġublew tat-Tama. F’din is-sena l-knisja qed tistedinna nkunu pelegrini tat-tama. Il-Ħadd li g]adda, l-Arċisqof jiftaħ il-ġublew fid-Djoċesi tagħna fl-Imdina, b’pelleginaġġ Fil-Parroċċa tagħna se nimmarkaw dan il-mument il-Ġimgħa 17 ta’ Jannar. Dakinhar il-quddiesa ta’ fil-għaxija tkun parti min ċelebrazzjoni ta’ talb li tibda fis-7pm. Zommu d-Data libera. Nitolbu biex din tkun sena ta’ grazzja għalina lkoll.
Fuq livell Djoċesan – Gublew tat-Tfal -illum il-Ħadd fil-5.00pm Fil- Knisja tal-Mosta.
40 sena Saċerdozju ta’ Patri Joe Buttigieg u ta’ Patri Rafael Abdilla
Illum il- Ħadd fil- quddiesa tas- 6.00pm ser niċċelebraw l-40 sena Saċerdozju ta’ Patri Joe Buttigieg u ta’ Patri Rafael Abdilla, it-tnejn mill-parroċċa tagħna. Filwqt li nawgurwlhom, tajjeb li nitolbu għalihom.
Nitolbu Għal ħutna: Gorg Cachia u Josephine Schembri li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa.
Ilum Il-Ġabra Speċjali tal-1 Ħadd tax-xahar b’risq il-proġetti Kapitali tal-parroċċa. Nkunu ġeneruzi!