Xahar iddedikat għat-talba tar-Rużarju
Infakkru li fil-knisja arċipretali, ir-rużarju jingħad filgħodu, qabel il-quddiesa tas-6.00 u wara l-quddiesa tat-7.45; filgħaxija, fis-6.00 pm jingħad quddiem Ġesu Sagramentat espost. Barra minn hekk, ir-rużarju jingħad ukoll fil-kappella ta’ San Ġakbu fit-3.00 pm kuljum.
It-Tnejn issir il-professjoni ta’ dawk li se jipprofessaw fil-fratellanza tar-Ruzarju fil- quddiesa tas-6.30pm. Wara il- quddiesa se jiġu ipprezentati 2 stadndardi , wieħed qadim li ġie trasportat fuq drapp ġdid u l-ieħor ġdid.
Nhar il-Ħadd (bħal llum gimgħa) niċċelebraw il-festa tal-Madonna tar-Rużarju. Fis-6.00 pm quddiesa kantata bis-sehem tal-kor parrokkjali u wara purċissjoni.
Laqgħat:
- Laqgħa għall-Anzjani, nhar it-Tnejn fit-8.30am fl-Oratorju
Quddiesa b’suffraġju ta’ ħutna li mietu matul ix-xahar ta’ Settembru
Nhar il-Ħamis il-quddiesa ta’ filgħaxija se tkun. Il-familjari huma mistiedna jieħdu sehem.
Piittura tal-Artal tal-Madonna tal- Karmnu għar-Restawr
Il-Pittura tal-artal tal-Madonna tal-Karmnu, ittieħdet għar-Restawr. Sakemm qed isir ix-xoghol fuqu, twaħħal fuq l-artal il-kwadru antik tal-istess artal. Kull donazzjoni hi apprezzata.
Quddiesa u Adorazzjoni b’talb speċjali għall-vokazzjonijiet fil-Kappella tas-Seminarju. Kull tieni sibt tax-xahar fis-6pm qed issir il-Quddiesa u Adorazzjoni b’talb speċjali għall-vokazzjonijiet fil-Kappella tas-Seminarju. Id-darba li jmiss ser tkun nhar is-Sibt li ġej . Fis-6.00pm quddiesa u fis-6.45pm adorazzjoni bit-talba tar-rużarju u barka. Tajjeb li nagħrfu l-bżonn li nitolbu lill-Mulej biex jibgħat aktar ħaddiema fil-għalqa tiegħu
Nitolbu għal ruħ Annuntiata Scicluna u George Grixti għaddew għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa: Agħtihom o Mulej, …