Waqt li nirringrazzjaw lil kulħadd għas-sehem mogħti fiċ-ċelebrazzjoni tal-festa ta’ Santa Katarina, infakkru li llum (għada), il-quddiesa tal-110.45 am tkun offruta b’ringrazzjament għall-festa li għadna kif iċċelebrajna. Wara l-quddiesa, is-saċerdoti tal-parroċċa jdaħħlu l-vara ta’ Santa Katarina lura fin-niċċa.
Quddiesa b’suffraġju ta’ ħutna li mietu matul ix-xahar t’Awwissu, nhar il-Ħamis fis-6.30pm. Il-qraba u ħbieb huma mistiedna jieħdu sehem.
Festa ta’ S. Rokku : Nhar il-Ħadd li ġej, fil-parroċċa tagħna, niċċelebraw il-festa ta’ S. Rokku. Fis-6.00pm issir quddiesa bis-sehem tal-kor parrokkjali u wara purċissjoni li tgħaddi mit-toroq tas-soltu. Imexxi il- Mons Karm Camilleri
JUM L-ART IMQADDSA : Il-weekend li ġej se jiġi mfakkar JUM L-ART IMQADDSA: nitolbu lill-Mulej biex idawwal l-imħuħ u jmexxi l-qlub biex f’din l-art tant għażiża għalina issaltan il-paċi. Nitolbu wkoll għall-missjoni tal-Patrijiet Franġiskani f’din l-art. Il-ġbir li se jsir fil-quddies tas-Sibt u l-Ħadd li ġejjin se jkun bħala offerta b’risq din il-missjoni.
Proġett Siġġijiet: Nixtiequ nirringrazzjaw lil dawk li qed jikkontribwixxu fil-proġett tas-siġġijiet ġodda għall-Knisja Arċipretali. Il-flus li nġabru matul din il-ġranet jammontaw għall-750 euro. Is-Siġġijiet inġabru kollha. Li fadal issa l-aħħar 6 ġinokjaturi ta’ fuq quddiem biex b’hekk dan il-proġett jingħalaq b’mod pulit. Ħajr kbira lil beneffatturi kollha.
Nitolbu għal Nina Schembri u Maria Carmela Ciantar li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa: Agħtiha, o Mulej, …