Nhar it-Tnejn, 25 ta’ Novembru, niċċelebraw il-festa liturġika tal-Patruna tal-parroċċa tagħna, Santa Katarina. Għalhekk:
Il-Ħamis, ikun l-ewwel jum tat-tridu: se jkun dedikat bħala Jum id-devoti ta’ Santa Katarina; il-quddiesa ta’ filgħaxija tkun bis-sehem tal-banda Santa Katarina.
L-Ġimgħa, it-tieni jum: se jkun dedikat għall-anzjani u dak inhar, fil-quddiesa ta’ filgħaxija, jiġi ċċelebrat is-sagrament tal-Griżma tal-Morda.
Is-Sibt, it-tielet jum, fil-quddiesa ta’ filgħaxija jkollna l-preżentazzjoni tat-trabi u tfal lil Santa Katarina. Dawk il-ġenituri li jixtiequ jippreżentaw lit-tarbija tagħhom huma mitluba jiktbuhom fis-sagristija.
Il-Ħadd Lejliet il-Festa: fil-5.30 pm: Translazzjoni tar-relikwija ta’ Santa Katarina fil- knisja, Għasar u quddiesa kantata.
It-Tnejn, Jum il-Festa: fil-5.30 pm għasar u fis-6.00 pm quddiesa konċelebrata mexxija Minn Mons Charles Attard, bil-paniġierku mill- Patri Alan Adami OP; wara ssir purċissjoni fil-knisja, reposizzjoni tar-relikwija u tingħata l-Barka Sagramentali.
Iċ-ċelebrazzjonijiet ikunu animati mill-Kor Parrokkjali Cantae Domino u l-mużika ta’ lejliet u nhar il-Festa tkun taħt it-tmexxija ta’ Patri Anton Briffa.
It-Tnejn 18 u l-Erbgħa 20 ta’ Novembru fis-7.00 pm, fil-Każin tal-Banda Santa Katarina se jsiru riflessjonijiet dwar Santa Katarina minn Fr John Curmi.
Bħalissa qed issir lotterija b’risq din il-festa.