Parrocca Rabat (2)

Avviżi tal-Parroċċa – 1 ta’ Settembru 2024

Jum il- Festa ta’ Santa Katarina

Filwaqt li nkomplu bil-festa ta’ Santa Katarina  infakkru li llum (għada) l-Ħadd, il-ħin tal-quddies ikun fis-6 u fis-7 u fit-8.15 ta’ filgħodu. Fid-9.30 am quddiesa solenni tal-festa bil-paniġierku. Imbagħad ikollna quddies fil-11.45 am u fil-5.00 pm. Fis-6.00 pm, Għasar solenni u fis-7.00 pm purċissjoni bir-relikwija u l-vara ta’ S. Katarina. Mad-dħul tal-purċissjoni titkanta l-antifona, tingħad il-litanija lil Santa Katarina, tingħata l-barka sagramentali u jsir il-bews tar-relikwija.

Nappellaw biex matul dawn il-ġranet tal-Festa, skont ma wieħed jista’, niftakru f’ħutna anqas ixxurtjati minna; għal dan l-iskop, għandna l-BUKKETT TA’ MĦABBA; voluntieri qed ikunu ħdejn l-istatwa ta’ Santa Katarina biex jieħdu l-offerti tagħna.

Għada it-Tnejn l-uffiċċju parrokkjali se jkun magħluq.

Laqgħa ta’ Talb nhar l-Erbgħa, fis-7.00 pm il-kappella ta’ Bubaqra.

Nhar il-Ġimgħa hija l-ewwel Ġimgħa tax-xahar.

Nhar il-Ħadd, 8 ta’ Settembru, minbarra li hija l-festa tat-Twelid tal-Verġni Marija (il-Vitorja), ikun ukoll tmint ijiem fuq il-festa ta’ Santa Katarina; jekk Alla jrid, dak inhar il-quddiesa tal-10.45am tkun b’ringrazzjament għall-festa li nkunu għadna kif iċċelebrajna. Wara l-quddiesa, is-saċerdoti tal-parroċċa jdaħħlu l-vara ta’ Santa Katarina lura fin-niċċa.

  • Nitolbu għal Carmela D’ Amato u Ninu D’amato li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa: Agħtiha, o Mulej, …
Parrocca Rabat (2)

Avviżi tal-Parroċċa – 25 ta’ Awwissu 2024

Illum, Il-Ħadd, nagħtu bidu għall-festa  bil-ħruġ solenni tal-Istatwa ta’ Santa Katarina V.M. min-niċċa. Fil-5.30 pm Għasar; fis-6.00 pm Quddiesa li fiha ssir it-tifkira ta’ Santa Klementina u bħala ringrazzjament fl-okkażjoni tal-anniversarju tat-twaqqif tal-Kor Parrokkjali Cantate Domino; fis-7.00 pm kelmtejn mill-Arċipriet, kurunella ta’ Santa Katarina u ħruġ solenni tal-istatwa ta’ Santa Katarina min-niċċa li titqiegħed fil-knisja għall-qima tagħna.  Tingħad t-talba tal-litanija lil Santa Katarina; Ċelebrazzjoni Ewkaristika u bews tar-relikwija.Lejn it-Tmiem taċ-ċelebrazzjoni se jiġi  nawgurat r-restawr  tal-Pittura ta’ Franċisku Zahra  – Trasport tal-Ġisem ta’ Santa Katarina ta’ Lixandra lejn il-Muntanja Sinaj. Ir-Restwar sar minn Amy Sciberras. Dan il- Proġett kien parzjalment sponsorjat minn GALXLOKK.

It-Tnejn: Jum it-tfal u l-vokazzjonijiet. Fis-6.30 pm Quddiesa għat-tfal organizzata mill-membri tal-MUSEUM; il-ġabra issir b’risq id-Dar tal-Providenza.

It-Tlieta: Jum id-devoti ta’ Santa Katarina. Fis-6.30 pm Quddiesa li fiha jieħdu sehem dawk kollha li jaħdmu għall-festa  u għal ġid tal- parroċċa. Jingħata l-inkarigu lir-reffiegħa tal-vara. Wara il-quddiesa se ssir taħdita zgħira mir-restawratiriċi Amy Sciberras fuq  il- pittura ta’ Frangisku Zaħra  Trasport tal-Ġisem ta’ Santa Katarina ta’ Lixandra lejn il-Muntanja Sinaj. Ir-Liema  Proġett kien parzjalment sponsorjat minn GALXLOKK.

L-Erbgħa: L-Ewwel Jum tat-Tridu: Fis-6.00 pm Għasar; fis-6.30pm Quddiesa bil-priedka tat-Tridu minn Papas Martin Zammit.  Wara l-quddiesa, kurunella, Innu, Antifona u Ċelebrazzjoni Ewkaristika, bews tar-relikwija u kant tal-innu popolari.

Il-Ħamis: It-Tieni Jum tat-Tridu. Fit-8.00 am Quddiesa kantata bil-vuċijiet.  Fl-10.00 am Quddiesa għall-morda u l-anzjani. Fis-6.00 pm issir il-funzjoni tat-Tridu bħal jum tal-Erbgħa.

Il-Ġimgħa: L-Aħħar Jum tat-Tridu. Fit-8.00 am Quddiesa kantata bil-vuċijiet. Fis-6.00 pm issir il-funzjoni tat-Tridu bħal jum tal-Erbgħa.

Is-Sibt: Lejlet il-Festa. :Fit-8.00 am Quddiesa kantata bil-vuċijiet, Innu, Te Deum u Antifona.

Fis-5.45 pm, issir it-Translazzjoni solenni tar-Relikwija ta’ Santa Katarina mill-Knisja ta’ San Ġakbu għall-Knisja Arċipretali, kant tal-Ewwel Għasar solenni bis sehem tal- Kaapitlu tal- Betl Vittoriosa. Wara ssir Quddiesa konċelebrata mill- Isqof George Frendo.

Is-Sibt ikun hawn saċerdoti għall-qrar filgħodu u filgħaxija.

Il-Ħadd: Jum il-Festa. Fis-6.00 am u 7.00 am Quddies  fit-7.45 am Kant tat-Tifħir ta’ Sbieħ-il Jum, fit-8.15 am. Quddiesa.Fid-9.15 am Kant tat-Talba ta’ Nofs il-Jum u Quddiesa Pontifikali konċelebrata preseduta minn Mons. Karm Camilleri; jinseġ il-Paniġierku Mons. Alfred Vella. . Fl-11.45 am u fil-5.00 pm Quddies . Fis-6.00 pm Għasar u Purċissjoni imexxi Mons.Joseph Zammit. Fl-10.30 pm Dħul tal-Purċissjoni, Litanija, Antifona, Ċelebrazzjoni Ewkaristika, bews tar-Relikwija u kant tal-Innu Popolari.

Għal darb’oħra qed issir l-inizjattiva BUKKETT TA’ MĦABBA  b’risq id-Dar tal-Providenza.

Infakkru wkoll fl-albural li huwa sors importanti ħafna b’risq il-festa, fil-lotterija li qed issir bi statwa ta’ Santa Katarina bħala premju.

Nitolbu għal ruħ Karmena Vella u Cathrine MC Cadden , Anna Darmanin u Eric Zammit  li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa: Agħtihom, o Mulej, …

Parrocca Rabat (2)

Avviżi tal-Parroċċa – 18 ta’ Awwissu 2024

Nhar il-Ħadd, nagħtu bidu għall-festa titulari ta’ Santa Katarina V.M., Patruna tal-parroċċa tagħna:

Fil-5.30 pm, Għasar kantat u fis-6.00 pm, Quddiesa mill-Kan. Dun Karm Busuttil. Din il-quddiesa tkun b’ringrazzjament fl-okkażjoni tal-anniversarju mit-twaqqif tal-Kor Parrokkjali minn Dun Mikiel d’Amato u il-festa ta’ Santa Klementina martri.

Imbagħad, fis-7.00 pm, kelmtejn mill-Arċipriet, kurunella u ħruġ solenni tal-vara ta’ Santa Katarina min-niċċa biex titqiegħed fil-knisja għall-qima tagħna.  Il-Kor Parrokkjali Cantate Domino jkanta l-Innu, l-Antifona u l-Innu Popolari. Imbagħad, issir it-talba tal-litanija lil Santa Katarina, Ċelebrazzjoni Ewkaristika u bews tar-relikwija.

Lejn it-Tmiem taċ-ċelebrazzjoni se jiġi  nawgurat r-restawr  tal-Pittura ta’ Franċisku Zahra  – Trasport tal-Ġisem ta’ Santa Katarina ta’ Lixandra lejn il-Muntanja Sinaj. Ir-Restwar sar minn Amy Sciberras. Dan il- Proġett kien parzjalment sponsorjat minn GALXLOKK.

Il-programm tal-festa ta’ Santa Katarina

Fejn il-bibien ta’ barra wieħed għandu jsib il-programm tal-festa ta’ Santa Katarina għal din is-sena. Nerġgħu infakkru fl-arbural u  fil-lotterija li qed issir b’risq il-festa .

Kliem il-Ħajja

Infakkru lid-distributuri ta’ Kliem il-Ħajja biex jieħdu l-kopji ta’ Settembru – Diċembru mis-Sagristija.

Proġett Siġġijiet: Nixtiequ nirringrazzjaw lil dawk li qed jikkontribwixxu fil-proġett tas-siġġijiet ġodda għall-Knisja Arċipretali.  Il-flus li nġabru matul din il-ġimgħa jammontaw għall-2,000 euro. Is-Siġġijiet inġabru kollha. Li fadal issa hu il- ġinokjaturi ta’ fuq quddiem biex b’hekk dan il-proġett jingħalaq b’mod pulit. Ħajr kbira lil beneffatturi kollha.

Nitolbu għal ħutna mill-parroċċa li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem din il-ġimgħa: : Nazzareno Schembri; Emanuel Caruana u Gianna Dalli u  Cikku Vassallo Agħtihom, o Mulej.

Illum qed issir il-ġabra speċjali għall-festa ta’ ġewwa ta’ Santa Katarina. Nirringrazzjawkom bil-quddiem għall-ġenerożità tagħkom.

Parrocca Rabat (2)

Avviżi tal-Parroċċa – 11 ta’ Awwissu 2024

Festa ta’ Santa Marija

Nhar il-Ħamis niċċelebraw il-Festa Solenni tat-Tlugħ fis-sema tal-Verġni Marija. Hija festa kmandata u għalhekk tajjeb li nqaddsuha bill-nieħdu sehem fil-quddiesa. Għalhekk il-quddies nhar il-Ħamis se jkun bħal dak tal-Ħadd.

Nhar l-Erbgħa, il-quddiesa ta’ filgħaxija tkun dik tal-Festa ta’ Santa Marija. Fil-kappella tan-Nigret, ikun hemm quddiesa fil-5.00 pm; fil-knisja ta’ Bubaqra, ikun hemm quddiesa fis-6.30 p.m.

Nhar il-Ħadd tiġi ċċelebrata l-Festa ta’ Santa Marija fil-knisja dedikata lilha f’Bubaqra; għalhekk:

  • l-Gimgha: fis-6.00 pm jingħad ir-rużarju u fis-6.30 pm, quddiesa minn P. Alfred Scerri OFM Cap
  • Is-Sibt, Lejlet il-Festa: fis-6.00 pm jingħad ir-rużarju u fis-6.30 pm, quddiesa.
  • Il-Ħadd, Jum il-Festa: filgħodu, fis-7.30 jingħad ir-rużarju u fit-8.00 quddiesa; filgħaxija, fis-6.45 jingħad ir-rużarju u fis-7.00, quddiesa kantata bis-sehem tal-kor tal-parroċċa  Cantate Domino u barka sagramentali.

Proġett Siġġijiet: Nixtiequ nirringrazzjaw lil dawk li qed jikkontribwixxu fil-proġett tas-siġġijiet ġodda għall-Knisja Arċipretali.  Il-flus li nġabru matul dawn il-ġranet jammontaw għall-850 euro. Fadal l-aħħar 7 siġġijiet x’jinġabru.

L-Arbural għall-Festa ta’Santa Katarina

Navżaw li l-albural għall-festa ta’ Santa Katarina huwa miftuħ u kulħadd hu mistieden biex jagħmel l-offerta tiegħu. L-albural huwa sors importanti ħafna biex ikollna festa titulari xierqa.

Lotterija: B’risq il-Festa ta’ Santa Katarina V.M.; il-premju huwa statwa sabiħa ta’ San Katarina. Biljetti minn ħdejn il-bibien tal-Knisja.

Nhar is-Sibt u l-Ħadd li ġejjin se ssir il-ġabra speċjali għall-festa ta’ ġewwa ta’ Santa Katarina. Inkunu ġenerużi biex nagħmlu festa li tixraq lil Santa Katarina V.M.

Nitolbu għal ħutna mill-parroċċa li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem din il-ġimgħa: Nicholeete Magri, Spiridione Portelli, Cathririne Camilleri u Peter Sammut: Agħtihom, o Mulej.

Parrocca Rabat (2)

Avviżi tal-Parroċċa – 4 ta’ Awwissu 2024

L-Arbural għall-Festa ta’ Santa Katarina

Navżaw li l-albural għall-festa ta’ Santa Katarina għal din is-sena huwa miftuħ u kulħadd hu mistieden biex jagħmel l-offerta tiegħu fl-uffiċċju parrokkjali. L-albural huwa sors importanti ħafna biex ikollna festa titulari xierqa.

Ħarġu l-applikazzjonijiet għar-Reffiegħa u forċini fil-Vara Titulari ta’ Santa Katarina.

Dawk il-fratelli li huma mseħbin fil-Fratellanza tas-S.S. Sagrament u l-Qalb ta’ Ġesù u jixtiequ jkunu reffiegħa u forċini fl-istatwa ta’ S. Katarina fil-purċissjoni tal-festa huma mitluba jieħdu formola mis-Sagristija. Dawn il-formoli għandhom jinġiebu lura  sal-Ħadd, 11 t’Awwissu.

Laqgħa ta’ Talb

Nhar l-Erbgħa, fis-7.00pm, se ssir laqgħa ta’ talb fil-kappella ta’ Bubaqra.

Quddiesa b’suffraġju ta’ ħutna li mietu matul ix-xahar ta’ Lulju se ssir nahr il- Ħamis li ġej.  Il-qraba u familjari huma mistiedna jieħdu sehem..

Proġett Siġġijiet

Nixtiequ nirringrazzjaw lil dawk li qed jikkontribwixxu fil-proġett tas-siġġijiet ġodda għall-Knisja Arċipretali.  Il-flus li nġabru matul dawn il-ġranet jammontaw għall-1,000 euro. Fadal l-aħħar 10 siġġijiet x’jinġabru.

Lotterija

Qed issir lotterija b’risq il-Festa ta’ Santa Katarina V.M.; il-premju huwa statwa sabiħa ta’ San Katarina. Biljetti minn ħdejn il-bibien tal-Knisja.

Nitolbu għal ħutna mill-parroċċa li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem din il-ġimgħa: Jimmy Gravina, Cettina Camilleri u Paulu Lia: Agħtihom, o Mulej, …

Parrocca Rabat (2)

Avviżi tal-Parroċċa – 28 ta’ Lulju 2024

Nhar il-Ġimgħa hija l-ewwel Ġimgħa tax-xahar: fil-knisja arċipretali, qabel l-quddiesa ta’ filgħaxija, jsir ħin ta’ adorazzjoni.

L-Arbural għall-Festa ta’Santa Katarina

Navżaw li l-albural għall-festa ta’ Santa Katarina għal din is-sena huwa miftuħ u kulħadd hu mistieden biex jagħmel l-offerta tiegħu fl-uffiċċju parrokkjali. L-albural huwa sors importanti ħafna biex ikollna festa titulari xierqa.

Pellegrinaġġ

Nhar il-Ġimgħa, is-Sotto Kumitat Nisa fi ħdan is-Soċjeta’ Mużikali Santa Katarina ser jorganizza Pellegrinaġġ Devozzjonali ta’ qabel il-Festa. Ser isir fil-Knisja Arċipretali ta’ Ħaż-Żebbuġ fejn issir Quddiesa. Min hu interessat jista’ javviċina lil xi membru tas-Sotto Kumitat Nisa.

Proġetti

Nixtiequ nirringrazzjaw lil dawk li qed jikkontribwixxu fil-proġett tas-siġġijiet ġodda għall-Knisja Arċipretali.  Il-flus li nġabru matul dawn il-ġranet jammontaw għal 1,400 euro. Min dawn kien hemm 750 euro li ġew prezentati mit-Tim tal-fundraising tal-parroċċa. Nirringrazzjawkom. It-target tagħna li parti minn dan il-proġett  jinġabar mill-parruċċani kważi ilħanieħ.

Għas-Sistema tal- Kameras kien hemm donazzjoni ta 1,000 euro mill-fratellanza tal-Madonna tal-Karmnu.

Infakkru li barra dan il- proġett hemm proġetti oħra , li jitwettqu skont il- fondi li jkollna.

Nitolbu għal ħutna mill-parroċċa li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem din il-ġimgħa: Guzeppa Falzon u Polly Portelli: Agħtihom, o Mulej, …

Parrocca Rabat (2)

Avviżi tal-Parroċċa – 21 ta’ Lulju 2024

Festa tal-Madonna tal-Karmnu

Filwaqt li nkomplu biċ-ċelebrazzjoni tal-festa tal-Madonna tal-Karmnu fil-
parroċċa tagħna, infakkru li għada (illum) jkollna quddies fis-6.00, fis-7.00 u
fit-8.00 ta’ filgħodu.

Fid-9.00 am, Quddiesa solenni kkonċelebrata bil-paneġierku minn Patri Mario
Attard. Fil-11.15 am u fil-5.00 pm jkollna żewġt quddisiet oħra.

Fis-6.00 pm, Għasar solenni u purċissjoni bil-vara tal-Madonna tal-Karmnu.
Mad-dħul tal-purċissjoni titkanta l-Antifona, tingħad il-Kurunella, tingħata l-
Barka Sagramentali u jsir il-bews tar-Relikwija.

Għada, it-Tnejn, l-uffiċċju parrokkjali ma jkunx miftuħ.

Nitolbu għal ħutna mill-parroċċa li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem din
il-ġimgħa: Margaret Cutajar u Carmen Galea: Agħtihom, o Mulej, …

Parrocca Rabat (2)

Avviżi tal-Parroċċa – 14 ta’ Lulju 2024

Festa tal-Madonna tal-Karmnu

Illum, nagħtu bidu għall-festa tal-Madonna tal-Karmnu bil-ħruġ tal-Vara tal-Madonna min-niċċa, f’nofsinhar. Filgħaxiija se tiġi organizzata quddiesa li fiha huma mistennija li jattendu  dawk kollha li se jkunu involuti fl-organizzazzjoni tal-Festa tal-Madonna tal-Karmnu.

It-Tnejn, fis-6.30 pm, quddiesa għat-tfal: tkun animata mill-membri tal-MUSEUM. Issir ġabra b’risq “Dar Kenn għall-Saħtek”.

It-Tlieta, hija l-festa Liturġika tal-Madonna tal-Karmnu. Fit-6.30 a.m. issir quddiesa kantata u kurunella tal-Madonna tal-Karmnu. F’liema quddiesa fiha issir il-professjoni u t-tiġdid tal-wegħdiet tal-fratelli u sorell.

L-Erbgħa, fis-6.30pm, quddiesa u prezentazzjoni tat-trabi u tat-tfal lill-Madonna. Il-ġbir ikun ukoll b’risq “Dar Kenn għall-Saħtek”.

Il-Ħamis: l-Ewwel Jum tat-Tridu. Fis-6.00 pm għasar u fis-6.30 quddiesa kantata bil-priedka minn Mons Joseph Sultana Wara l-quddiesa: funzjoni Marjana fuq l-artal tal-Madonna tal-Karmnu: tingħad il-kurunella, Innu, Antifona, ċelebrazzjoni Ewkaristika u Barka Sagramentali u bews tal-relikwija.

Il-Ġimgħa: it-Tieni Jum tat-Tridu. Fl-10.00 am issir quddiesa għall-morda u l-anzjani. Inħeġġu l-Anzjani jattendu. Il-funzjoni ta’ filgħaxija tkun bħal dik tal-jum ta’ qabel.

Is-Sibt: it-tielet jum tat-Tridu u Lejliet il-Festa. Filgħodu u filgħaxija jkollna saċerdoti barranin għall-qrar. Fis-6.00 pm għasar solenni u fis-6.30 pm quddiesa kantata konċelebrata bil-priedka. Wara l-quddiesa: ċelebrazzjoni fuq l-artal tal-Madonna tal-Karmnu, translazzjoni tar-relikwija għall-altar maġġur, jitkanta t-Te Deum u tingħata l-Barka Sagramentali.

Il-Ħadd: Jum il-festa. Filgħodu, isir quddies lett fis-6.00, fis-7.00 u fit-8.00 (mhux fit-8.30). Fid-9.00 am, Quddiesa kantata solenni mmexxija minn Mons. Karm Camilleri, bil-paneġierku minn Patri Mario Attard OFM Fil-11.15 am u fil-5.00 pm jkollna żewġt quddiesiet oħra. Fis-6.00 pm, Għasar solenni, segwit bil- purcissjoni.I mexxi Mons. Joseph Sultana. Mad-dħul tal-purċissjoni titkanta l-Antifona, tingħad il-Kurunella, tingħata il-Barka Sagramentali u jsir il-bews tar-Relikwija.

Nitolbu għar-ruħ ta’ Emanuela Cachia  u  Pawla Camilleri  li għaddiet  għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa: Agħtih  o Mulej.

Parrocca Rabat (2)

Avviżi tal-Parroċċa – 7 ta’ Lulju 2024

Fr Nicholas Dimech

Nhar it-Tnejn se jibda l-ħidma tiegħu fostna Fr Nicholas Dimech bħala rettur tal-Kappella tan- Nigret. Tajjeb li nilqgħuh fostna u nitolbu għalih.

Quddiesa

Nhar il-Ħamis il-quddiesa ta’ filgħaxija se tkun b’suffraġju ta’ ħutna li mietu matul ix-xahar ta’ Ġunju.

Quddiesa fl-okkazjoni tal-Bidu tal-ħidma tal-Kunsill Lokali il-Ġdid

Nhar is-Sibt fis-6.30pm fil-knisja arċipretali.

Bidu tal- Festa tal-Madonna tal-Karmnu

Nhar il-Ħadd li ġej nagħtu bidu għall-festa tal-Madonna tal-Karmnu bil-ħruġ tal-Vara tal-Madonna min-niċċa, f’nofsinhar. Filgħaxiija se tiġi organizzata quddiesa li fiha huma mistennija li jattendu  dawk kollha li se jkunu involuti fil-Festa tal-Madonna tal-Karmnu.

Navżaw li, il-Ġimgħa 19 ta’ Lulju , se ssir il-quddiesa għall-Morda u Anzjani Żrieraq  fl-10.00am. Qraba ta’ anzjani li jridu jġibuhom għall-quddiesa minn SVPR iridu jieħdu ħsieb huma.

Proġett Siġġijiet Ġodda fil-Knisja Arċipretali

Nixtiequ nirringrazzjaw lil dawk li qed jikkontribwixxu fil-proġett tas-siġġijiet ġodda għall-Knisja Arċipretali.  Il-flus li nġabru matul din il-ġimgħa jammontaw għal 1,280 euro.  Nirringrazzjawkom. Min jixtieq jgħin f’dan il-proġett mitlub li javviċina lill-Arċipriet.

Nitolbu għar-ruħ ta’ Gaejtano Chetcuti,  li għadda  għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa: Agħtih  o Mulej.


Illum il-Ġabra Speċjali b’risq il-Proġetti Kapitali li huma ppjanati li jsiru fil-parroċċa tagħna. Inkunu Ġeneruzi .

Parrocca Rabat (2)

Avviżi tal-Parroċċa – 16 ta’ Gunju 2024

L-Arċipriet u l-Kleru nifirħu lill-Kunsilliera eletti mill-poplu tagħna filwaqt li nħarsu ’l quddiem għal aktar ħidma fejjieda fir-raħal tant għażiż għalina.

Quddiesa Ċimiterju San Leone

Fl-okkażjoni ta’ Jum il-Missier se ssir illum il-Ħadd fis-7.15pm

Mons. Karm Camilleri jirringrazzja lil kulħadd fl-okkażjoni tal-50 anniversarju tas-saċerdozzju tiegħu

Id-Donazzjonijiet li nġabru b’risq id-Dar tal-Providenza minflok Rigali, intlaħaq l-ammont ta’ 2,700 euro. F’isem Mons. Karm Camilleri u d-Dar tal-Providenza nirringrazzjawkom tal- ġenerozità tagħkom.

Taize Meeting

Nhar il-Ġimgħa li ġejja fil-kappella ta’ San Ġakbu fit-8.00pm.

Proġett Siġġijiet Ġodda fil-Knisja Arċipretali

Nixtiequ nirringrazzjaw lil dawk li qed jikkontribwixxu fil-proġett  tas-siġġijiet ġodda għall-Knisja Arċipretali.  Il-flus li nġabru matul din il-ġimgħa jammontaw għal 7,610 euro. Nirringrazzjawkom. Min jixtieq jgħin f’dan il-proġett  billi jisponsorja xi siġġu u jew jagħti xi donazzjoni  hu mitlub li javviċina lill-Arċipriet.

Nitolbu għar-ruħ ta’ Margherita Farrugia, Joseph Sammut, Paul Zammit u Mario Grixti   li għaddew  għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa: Agħtihom o Mulej.