Parrocca Rabat (2)

Avviżi tal-Ħadd

Avviżi tal-parroċċa

3 ta’ Diċembru 2023

 

Infakkru fil-MIXJA FAVUR IL-ĦAJJA: Illum, il- Ħadd fit-3 p.m. u titlaq minn Pjazza Kastilja, il-Belt Valletta, u titkompla b’serata għall-familja sas-6 p.m. Kelliema speċjali se tkun Patricia Sandoval, li għandha esperjenza personali qawwija ħafna x’taqsam ma’ min għandu għal qalbu l-protezzjoni tal-ħajja.

 

Festa tal-Kunċizzjoni – 8 ta’ Diċembru

  • matul il-ġimgħa, fil-kappella tan-Nigret, tkompli n-novena: filgħodu, qabel il-quddiesa jingħadu r-rużarju u l-kurunella u fil-5.00pm jingħad ir-rużarju.
  • Il-Ħamis, lejliet il-Festa: fl-4.30pm: ħin għall-Qrar, fil-5.30pm Ruzarju u 6.00pm Quddiesa kantata bil-prietka minn Fr. Jonathan Debattista.
  • Il-Ġimgħa, jum il-Festa: fil-5.30pm jingħad ir-rużarju u fis-6.00pm, quddiesa kantata bil-prietka minn Fr. Eric Cachia (Salezjan)

 

Laqgħat

  • Għall-Anzjani Nhar it- Tnejn fid-9.00am. Jmexxi il-Laqgħa Fr Dillon Bugeja.
  • Tat-Terzjarji Karmelitani – Nhar it-Tlieta fl-4.00pm
  • Ta’ Talb fil- Knisja ta’ bubaqra nhar l-Erbgħa fis-6.30pm.
  • Ta’ talb still Taize fil- Kappella ta’ San Ġakbu nhar il-Ġimgħa fis-7.30pm.

 

Nitolbu għal  Maria Concetta Darmanin u Catherine Vella li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa: Agħtiha, o Mulej, …

 

Illum ssir il-Ġabra Speċjali għall-Proġetti tal- Knisja.

Parrocca Rabat (2)

Avviżi tal-Ħadd

Avviżi tal-parroċċa

19 ta’ Novembru 2023

 

Nhar is-Sibt, 25 ta’ Novembru, niċċelebraw il-festa liturġika tal-Patruna tal-parroċċa tagħna, Santa Katarina. Għalhekk:

It-Tlieta, ikun l-ewwel jum tat-tridu: se jkun dedikat bħala Jum id-devoti ta’ Santa Katarina; il-quddiesa ta’ filgħaxija tkun bis-sehem tal-banda Santa Katarina.

L-Erbgħa, it-tieni jum: se jkun dedikat għall-anzjani u dak inhar, fil-quddiesa ta’ filgħaxija, jiġi ċċelebrat is-sagrament tal-Griżma tal-Morda.

Il-Ħamis, it-tielet jum, fil-quddiesa ta’ filgħaxija jkollna l-preżentazzjoni tat-trabi u tfal lil Santa Katarina. Dawk il-ġenituri li jixtiequ jippreżentaw lit-tarbija tagħhom huma mitluba jiktbuhom fis-sagristija.

Il-Ġimgħa Lejliet il-Festa: fil-5.30 pm: Translazzjoni tar-relikwija ta’ Santa Katarina, Għasar u quddiesa kantata

Is-Sibt, Jum il-Festa: fil-5.30 pm għasar u fis-6.00 pm quddiesa konċelebrata bil-paniġierku mill- Kanonku Fr David Cilia, Arċipriet ta’ San Pawl; wara ssir purċissjoni fil-knisja, reposizzjoni tar-relikwija u tingħata l-Barka Sagramentali.

Iċ-ċelebrazzjonijiet ikunu animati mill-Kor Parrokkjali Cantae Domino u l-mużika ta’ lejliet u nhar il-Festa tkun taħt it-tmexxija ta’ Patri Anton Briffa.

 

It-Tlieta, l-Erbgħa u l-Ħamis, fis-7.15 pm, fil-Każin tal-Banda Santa Katarina se jsiru riflessjonijiet dwar Santa Katarina mill-Kanonku Dun Dillon Bugeja.

 

Azzjoni Kattolika Se jkollhom It-Tesserament, Nhar it-Tlieta Waqt il- Quddiesa Tat-8.45am

 

Nitolbu għal ruħ  Francine Mifsud u Mikiel Zerafa li għaddiet għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa: Agħtiha, o Mulej, …

 

Parrocca Rabat (2)

Avviżi tal-Ħadd

5 ta’ Novembru 2023

Griżma tal-Isqof

Nhar s-Sibt u l- Ħadd se niċċelebraw il-Grizma tal-Isqof lil-adoloxxenti tagħna f’ċelebrazzjoni li tibda’ fl-4.30pm. Bi preparazzjoni għall-griżma ser isisru dawn il-laqgħat:

  • Laqgħa għall-Ġenituri u Parrini, Nhar it-Tnejn 45pm fil- Knisja Arċipretali. Jkun hemm is-servizz tal-Qrar.
  • Laqgħa ta’ talb għall-Parrini u Kresimandi, fuq stil Taize, Il-Ġimgħa fis-7.30pm. Kulħadd mistieden. Se jkun hemm servizz tal-Qrar għall-Kresimandi.

 

Infakkru fil-Quddiesa fiċ-Ċimiterju: illum, il-Ħadd, fit-3.30 pm isir it-Tberik taċ-Ċimiterju.

Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani, nhar it-Tlieta fl-4.00pm

Quddiesa għal dawk li mietu fix-xahar ta’ Ottubru, Nhar il- Ħamis fis.600pm

Ċelebrazzjoni lejlet  il-Festa tal-Qaddisin Kollha – TFAL, ANGLI U QADDISIN li saret nhar t-Tlieta, inġabru is-somma ta 11,500 Euro b’rizq Puttinu Cares. Il- Parroċċa u s-Soċjeta’ tal- Mużew , kemm Bniet u Subien flimkien mal-organizzaturi ta’ Żurrieq Halloween, nixtiequ nirringrazzjaw lil dawk li attendew. Puttinu Cares jirringrazzjaw lil kulħadd tal- ġenerożita’ tagħkom.

Nitolbu għal oħtna Anna Maria D’Amato mill-parroċċa tagħna li għaddiet għall-ħajja ta’ dejjem.  Agħtiha o Mulej….

 

Illum Il-Ġabra Speċjali B’risq il-Parroċċa. Nkunu Ġeneruzi.

Parrocca Rabat (2)

Avviżi tal-Ħadd

28 ta’ Ottubru 2023

Tixtieq tagħti sehemek fil-parroċċa?

Wara l-quddies, nistednukom tibqgħu għal ftit ħin magħna għal kafe u xi biċċa kejk. Qegħdin fil-proċess biex insaħħu xi strutturi u kummissjonijiet fil-parroċċa, għalhekk qed nħeġġu lil dawk li jixtiequ jagħtu sehemhom dirett fil-parroċċa f’xi qasam jew ieħor, biex ikellmuna.

Ċelebrazzjoni lejlet  il-Festa tal-Qaddisin Kollha – TFAL, ANGLI U QADDISIN

Nfakkru li nhar it-Tlieta li ġej , propju lejlet il- Festa tal-Qaddisin kollha, il-Parroċċa flimkien mall- familji li jorganizzaw Zurrieq Halloween se ntellgħu attivita’ għat tfal u l-familji  bit-tema  – TFAL, ANĠLI U QADDISIN. Minn naħa tal-parroċċa se norganizzaw Quddiesa u attivita’ ikkordinata mis-soċjeta tal-Muzew Subien u  Bniet fi Triq it-Torri. It tfal huma mħeggin jilbsu kuluri ċari, ta’ qaddsin jew ta’ anġli. L-attivita’ u l-quddiesa se jibdew fil 5.00pm u se ddum  sas-6.30pm . Wara  fi Triq Fra Gammari Żammit se jkun hemm diversi attivitajiet u logħob addattati għat-tfal. Id-dħul għall-area tal-logħob wara il-quddies se jkun ta’ donazzjoni ta’ 2 euro li se jmorru għall-Puttinu Cares.

Jum l-erwieħ kollha: Nhar il-Ħamis, 2 ta’ Novembru, huwa Jum l-erwieħ kollha. Filgħodu, il-quddies fil-knisja parrokkjali jibda fil-5.30 a.m. u jibqa sejjer sat-8.00 a.m. Il-quddiesa ta’ filgħaxija tkun fis-6.00. Fil-kappella tan-Nigret ikun hemm quddies fis-6.30am u fis-7.00 ta’ filgħodu. Fil-knisja ta’ Bubaqra ikun hemm quddiesa fis-7.30am u fit-8.00am.

Tibdil fil-ħin tal-quddies ta’ filgħaxija ta’ Matul il-ġimgħa. Issa li qlibna għall-ħin tax-xitwa navżaw li minn din it-Tnejn, il-quddiesa ta’ filgħaxija fil-knisja parrokkjali tibda tkun fis-6.00 mit-Tnejn sal-Ħadd; Il-quddies nhar ta’ Ħadd jibqa’ kif inhu bħalissa.

Quddiesa Ċimiterju: Nhar il-Ħadd, fit-3.30 pm isir it-Tberik taċ-Ċimiterju: ikun hemm quddiesa u wara jsir it-tberik tal-oqbra. Huwa mitlub li t-tindif tal-oqbra jsir sas-Sibt filgħodu kemm jista’ jkun kmieni

Laqgħa ta’ Talb :Fil-Knisja ta’ Bubaqra nhar l-Erbgħa fis.6.30pm

Nhar il-Ġimgħa hija l-ewwel Ġimgħa tax-xahar.

Il-Ġabra li saret għall-Missjoni fit-tmiem il-Ġimgħa l-oħra laħqet is somma ta’ €3,500 . Nirringrazzjawkom tal-Ġenerożita’ tagħkom.

Hospice Malta –fuq iz-zuntier hemm ukoll xi voluntiera li qed jiġbru xi fondi għall-hospice Malta biex ikunu jistgħu ikomplu joffru s-servizzi li qed jagħtu lil diversi persuni.

Parrocca Rabat (2)

Avviżi tal-Ħadd

22 ta’ Ottubru 2023

Anniversarju Konsagrazzjoni tal-Knisja Arċipretali

Nhar il- Ħadd li ġej niċċelebraw l-Anniversarju tal-Konsagrazzjoni tal-Knisja Arċipretali. Fl-intenzjoni tagħna matul din il-ġimgħa niftakru f’missirijietna li ħallewlna dan il-patrimonju tant għal qalbna. Pero il-Knisja mhux il-bini biss, iżda hija aħna li niffurmaw din il-kommunita’. Għalhekk fil-weekend li ġej wara l-quddies, nistednukom tibqgħu għal ftit ħin magħna għal kafe u xi biċċa kejk. Dakinhar ukoll, nħeġġu lil dawk li jixtiequ jagħtu sehemhom dirett fil-parroċċa f’xi qasam jew ieħor, biex ikellmuna

Celebrazzjoni lejlet il-Festa tal-Qaddisin Kollha – TFAL, ANGLI U QADDISIN

Nhar il 31 ta’ Ottubru, propju lejlet il-Festa tal-Qaddisin kollha, il-Parroċċa flimkien mal-familji li jorganizzaw Zurrieq Halloween se ntellgħu attivita’ għat tfal u l-familji  bit-tema  – TFAL, ANGLI U QADDISIN. Minn naħa tal-parroċċa se norganizzaw Quddiesa u attivita’ ikkordinata mis-socjeta tal-Muzew Subien u  Bniet fi Triq it-Torri. It tfal huma mħeggin jilbsu kuluri ċari, ta’ qaddsin jew ta’ anġli. L-attivita’ u l-quddiesa se jibdew fil 5.00pm u se ddum  sas-6.30pm. Wara  fi Triq Fra Gammari se jkun hemm diversi attivitajiet u logħob addattati għat-tfal. Id-dħul għall-area tal-logħob wara il-quddies se jkun ta’ donazzjoni ta’ 2 euro li se jmorru għall-Puttinu Cares.

Abbatini

Ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawk li jixtiequ jidħlu abbatini. Sakemm ikun deċiz mod ieħor, l-applikazzjonijiet huma miftuħa għat-tfal subien minn 6 snin ‘il fuq. Min hu interessat ikellem lill-Arċipriet.

Laqgħa ta’ Talb  ta’ Padre Pio

Nhar l-Erbgħa li ġej, fil-5.30pm fil-Knisja ta’ San Ġakbu li tinkludi talba tar-rużarju u Quddiesa. Kulħadd mistieden.

Nitolbu għal ħutna mill-parroċċa li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem din il-ġimgħa: Mansweta Bugeja, Paula Farrugia u Giovanna Inguanez. Agħtihom o Mulej.

 

Illum Il-Ġurnata Missjunarja, Nkunu Ġeneruzi.

Parrocca Rabat (2)

Avviżi tal-Ħadd

15 ta’ Ottubru 2023

Ġurnata Missjunarja

Nhar il-Ħadd li ġej, niċċelebraw il-ĠURNATA MISSJUNARJA: matul din il-ġimgħa nitolbu biex l-aħbar it-tajba tal-Evanġelju tasal għand il-bnedmin kollha. Il-ġbir li se jsir fil-weekend li ġej se jkun offerta b’risq il-missjonijiet. L-offerti tagħna jmorru għal diversi ħidmiet fl-artijiet tal-missjoni, li jinkludu x-xandir tal-Evanġelju, il-formazzjoni tas-seminaristi u katekisti, il-bini ta’ sptarijiet u skejjel u għajnuna lill-familji foqra.

 

Infakkru fir-reġistrazzjoni tat-tfal subien li se jagħmlu il-Griżma tal-Isqof f’Novembru li ġej u l-applikazjonijiet tal-parrini kemm subien kif ukoll bniet

Registrazzjoni tfal għall-Iskola Primarja

Il-kap tal-iskola, primarja żurrieq, jixtieq javża lil dawk il-ġenituri li għandhom tfal li twieldu fis-sena 2021 bejn jannar u april u għadhom m’humiex miktuba għall-klassi tal-kindergarten, biex jagħmlu dan mill-aktar fis possibbli. Dan jista’ jsir kuljum bejn it – 8.00am u 13.30pm. il-ġenituri jridu jkunu preżenti t-tnejn u jġibu magħhom l-i.d. cards

Kungress Nazzjonali tat-Terzjarji : Min se jattendi il-Kungress Nazzjonali tat-Terzjarji, mitlub ikellem lil Carmen Farrugia sa nhar l-Erbgħa.

TALB GĦALL-PAĊI, IL-ĠUSTIZZJA U R-RIKONĊILJAZZJONI

L-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex qed jissieħbu mal-Patrijarka ta’ Ġerusalemm, il-Kardinal Pierbattista Pizzaballa, li f’isem l-Ordinarjati tal-Art Imqaddsa għamel appell għat-talb għal dawk kollha li qed ibatu fil-baħar ta’ vjolenza, qerda u mibegħda fl-Art Imqaddsa, li diġà ħalla tant vittmi.  B’mod partikolari, il-Patrijarka ta’ Ġerusalemm għamel sejħa biex nhar it-Tlieta, 17 ta’ Ottubru 2023, tkun ġurnata ta’ talb u sawm għall-paċi, il-ġustizzja u r-rikonċiljazzjoni.

Nitolbu għal ħuna mill-parroċċa li għadda għall-ħajja ta’ dejjem din il-ġimgħa: Theresa Gauci, Ganni Schembri u Doris  Bonnici . Agħtihom o Mulej.

Parrocca Rabat (2)

Avviżi tal-Ħadd

1 ta’ Ottubru 2023

 

Talba Tar-Ruzarju u Festa tal-Madonna tar-Ruzarju

Illum, jibda x-xahar ta’ Ottubru, xahar iddedikat għat-talba tar-Rużarju. Inħeġġu biex din it-talba tingħad fil-familji tagħna. Fil-knisja arċipretali, ir-rużarju jingħad filgħodu, qabel il-quddiesa tas-6.00 u wara l-quddiesa tat-7.45; filgħaxija, fis-6.00 pm jingħad quddiem Ġesu Sagramentat espost.

Nhar il-Ħadd, 8 ta’Ottubru, niċċelebraw il-festa tal-Madonna tar-Rużarju. Fis-6.00pm quddiesa kantata bis-sehem tal-kor parrokkjali u wara purċissjoni. Inħeġġu lil-Fratelli biex jipparteċċipaw. Min jixtieq jidħol fratell fil-fratellanza tar-Rużarju  għandu jkellem lir-Rettur Jackie Grixti.

 

Laqgħat:

  • Laqgħa għall-Anzjani, nhar it-Tnejn fid-9.00am fl- Oratorju.
  • Laqgħa għat-terzjarji karmelitani u d-devoti tal-Madonna tal-Karmnu, nhar it-Tlieta fl-4.00pm fil- Knisja Arċipretali.
  • Jerġgħu jibdew il-laqgħat tan-nisa tal-Azzjoni Kattolika; l-ewwel laqgħa se ssir nhar l-Erbgħa, fl-Oratorju bejn id-8.30 sad-9.30am.
  • Laqgħa ta’ Talb fil- Knisja ta’ Bubaqra , nhar l-Erbgħa fis 6.30pm.

 

Lezzjonijiet tad-duttrina għand is-sorijiet Ulied il-Qalb ta’ Ġesù tan-Nigret, jibdew minn nhar it-Tnejn  mill-5.00 sas-6.00 pm.

 

Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr tas-Sehem li Dun Stephen Attard ta fil-parroċċa tagħna se ssir fl-14 ta’Ottubru fis-6.30pm.

 

Nitolbu għal oħtna mill-parroċċa li għaddiet għall-ħajja ta’ dejjem din il-ġimgħa: Angela Schembri

 

Parrocca Rabat (2)

Avviżi tal-Ħadd

17 ta’ Settembru 2023

Festa Santu Rokku

Illum, il-Ħadd, fil-parroċċa tagħna, niċċelebraw il-festa ta’ S. Rokku. Fis-6.00 pm issir quddiesa bis-sehem tal-kor parrokkjali u wara purċissjoni li tgħaddi mit-toroq tas-soltu.

 

Korsijet ta’ Formazzjoni

IL-Pastoral Formation Institute qed joffri ‘l fuq minn 17-il kors differenti. Dawn huma indirizzati għal min jixtieq japproffondixxi aktar fuq il-ħajja Nisranija, jew fuq is-servizz li jagħti fil-komunita’. Dawk interessati jistgħu jsibu aktar informazzjoni fuq in-noticeboard u fuq is-sit pfi.edu.mt

 

Nitolbu għal oħtna mill-parroċċa li għaddiet għall-ħajja ta’ dejjem din il-ġimgħa: Frances Camilleri Agħtiha o Mulej, …

 

Parrocca Rabat (2)

Avviżi tal-Ħadd

10 ta’ Settembru 2023

 

Dħul tal-vara  ta’ Santa Katarina fin- niċċa tagħha

Waqt li nirringrazzjaw lil kulħadd għas-sehem mogħti fiċ-ċelebrazzjoni tal-festa ta’ Santa Katarina, infakkru li llum, il-quddiesa tal-10.45am tkun offruta b’ringrazzjament għall-festa li ċċelebrajna. Wara l-quddiesa, is-saċerdoti tal-parroċċa jdaħħlu l-vara ta’ Santa Katarina lura fin-niċċa.

 

JUM L-ART IMQADDSA

Nhar il-Ħadd li ġej, il-Knisja f’Malta tiċċelebra JUM L-ART IMQADDSA: aħna mistiedna nitolbu għall-paċi f’din l-art tant għażiża għalina l-insara u anke għal reliġjonijiet oħra. Barra dan, il-ġbir li se jsir fil-quddies tas-Sibt u l-Ħadd li ġejjin se jkun bħala offerta b’risq il-missjoni tal-Patrijiet Framġiskani fl-Art Imqaddsa.

 

Festa Santu Rokku

Nhar il-Ħadd li ġej  ukoll, fil-parroċċa tagħna, niċċelebraw il-festa ta’ S. Rokku. Fis-6.00 pm issir quddiesa bis-sehem tal-kor parrokkjali u wara purċissjoni li tgħaddi mit-toroq tas-soltu.

 

Il-quddiesa ta’ nhar il-ħamis fil-għaxija (6.30pm) tkun b’suffraġju ghall-erwieħ ta’ ħutna li mietu matul ix-xahar t’Awwissu. Il-familjari huma mistiedna jieħdu sehem.

 

Nitolbu għal ħutna mill-parroċċa li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem din il-ġimgħa: Pawlu Saliba , Charlie Caruana u Nazzareno D’Amato.

Agħtihom, o Mulej, …

 

Parrocca Rabat (2)

Avviżi tal-Ħadd

 26 u 27 t’Awwissu 2023

Illum nagħtu bidu għall-festa titulari bil-ħruġ solenni tal-Istatwa ta’ Santa Katarina V.M. min-niċċa. Fil-5.30 pm ikollna Għasar;  fis-6.00 pm Quddiesa  it-tifkira ta’ Santa Klementina u bħala ringrazzjament fl-okkażjoni tal-anniversarju tat-twaqqif tal-Kor Parrokkjali Cantate Domino; fis-7.00 pm kelmtejn mill-Arċipriet, kurunella u ħruġ solenni tal-istatwa ta’ Santa Katarina min-niċċa li titqiegħed fil-knisja għall-qima tagħna.

t-Tnejn: Jum it-tfal u l-vokazzjonijiet. Fis-6.30 pm Quddiesa għat-tfal li tkun animata mit-tfal u l-membri tal-MUSEUM; Tinġabar offerta b’risq lid-Dar tal-Providenza.

It-Tlieta: Jum id-devoti ta’ Santa Katarina. Fis-6.30 pm Quddiesa li fiha jieħdu sehem dawk kollha li jaħdmu għall-festa titulari: Kumitati, reffiegħa, il-grupp tan-nar, il-gruppi tal-armar tal-knisja, tat-toroq u tad-dawl tal-festa. Jingħata l-inkarigu lir-reffiegħa tal-vara.

L-Erbgħa, Il- Ħamis u l- Ġimgħa huma jiem tat-Tridu: Fis-6.00 pm Għasar; fis-6.30 pm Quddiesa bil-priedka tat-Tridu mill- Knanonku David Torpiano. Wara l-quddiesa, kurunella, Innu, Antifona u Ċelebrazzjoni Ewkaristika, bews tar-relikwija u kant tal-innu popolari.

Il-Ħamis:Ikollna ukoll:

  • Fit-8.00 am Quddiesa kantata bil-vuċijiet.
  • Fl-10.00 am Quddiesa għall-morda u l-anzjani minn Patri Dijonisju Mintoff.

Matul il-ġranet tat-Tridu, mill-5.30 pm il-quddiem, ikun hawn saċerdot għall-qrar.

Is-Sibt: Lejlet il-Festa.

  • Fit-8.00 am Quddiesa tat-Te Deum.
  • Is-Sibt ikun hawn saċerdoti għall-qrar filgħodu u filgħaxija. Inħeġġu ħalli niċċelebraw il-festa billi nersqu għas-sagramenti tal-qrar u tat-Tqarbin.
  • Fis-5.45 pm, issir it-Translazzjoni solenni mill-Knisja ta’ San Ġakbu għall-Knisja Arċipretali, imexxi Mons. Karm Merċieca, ex Arċipriet . Wara ssir Quddiesa konċelebrata.

 

Il-Ħadd: Jum il-Festa.

  • Fis-6.00 am u 7.00 am Quddies ;
  • fit-7.45 am Kant tat-Tifħir ta’ Sbieħ-il Jum, fit-8.15 am (u mhux fit-8.30) Quddiesa
  • Fid-9.15 am Kant tat-Talba ta’ Nofs il-Jum u Quddiesa Pontifikali konċelebrata preseduta minn Mill-Isqof George Frendo OP; jinseġ il-Paniġierku Dun Noel Camilleri D’Amato.
  • Fl-11.45 am u fil-5.00 pm Quddies
  • Fis-6.00 pm Għasar solenni u Purċissjoni imexxi Mons. Paul Vella.
  • Fl-10.30 pm Dħul tal-Purċissjoni, Litanija, Antifona, Ċelebrazzjoni Ewkaristika, bews tar-Relikwija u kant tal-Innu Popolari.

Għal darb’oħra, se tkun qed issir l-inizjattiva BUKKETT TA’ MĦABBA b’rizq id-Dar tal-Providenza. Inħeġġu biex, bħal fi snin oħra, inkunu ġenerużi ma’ din id-dar. Matul il-granet tal-festa jkun hawn voluntieri ħdejn l-istatwa ta’ Santa Katarina biex jieħdu l-offerti tagħna għal dan l-iskop.

Nirringrazzjaw lil kulħadd għall-ġabra li kellna għall-festa fl-okkażjoni tal-festa ta’ Santa Marija u li kienet ta’ € 2,230

Infakkru fl-albural li huwa sors importanti ħafna b’risq il-festa. Minn  għal xi raġuni ma wasslitlux kopja tal-Programm tal-festa, wieħed jista’ jieħu kopja minn ħdejn il- bieb ta’ barra.

 

Nitolbu għal ħutna mill-parroċċa li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem din il-ġimgħa: Giovanni Farrugia u Spiru Gellel… Agħtihom, o Mulej,

Il- Festa it-Tajba lil Kulħadd