Parrocca Rabat (2)

Avviżi tal-Ħadd

20 ta’ Awwissu 2023

Festa Ta Santa Marija f’ Bubqara

  • Illum, il-Ħadd tiġi ċċelebrata l-Festa ta’ Santa Marija fil-knisja dedikata lilha f’Bubaqra; filgħodu, jingħad ir-rużarju fis-7.30 u fit-8.00 quddiesa; filgħaxija, fis-6.45 jingħad ir-rużarju u fis-7.00pm quddiesa kantata bis-sehem tal-kor tal-parroċċa Cantate Domino u barka sagramentali.

Nhar il-Ħadd, nagħtu bidu għall-festa titulari ta’ Santa Katarina V.M., Patruna tal-parroċċa tagħna:

Fil-5.30 pm, Għasar kantat u fis-6.00 pm, Quddiesa mill-Kan. Dun Karm Busuttil. Din il-quddiesa tkun b’ringrazzjament fl-okkażjoni tal-anniversarju mit-twaqqif tal-Kor Parrokkjali minn Dun Mikiel d’Amato. (issir ukoll t-tifkira ta Santa Klementina).

Imbagħad, fis-7.00 pm, kelmtejn mill-Arċipriet, kurunella u ħruġ solenni tal-vara ta’ Santa Katarina min-niċċa biex titqiegħed fil-knisja għall-qima tagħna.  Il-Kor Parrokkjali Cantate Domino jkanta l-Innu, l-Antifona u l-Innu Popolari. Imbagħad, issir it-talba tal-litanija lil Santa Katarina minn Dun John Curmi, Ċelebrazzjoni Ewkaristika u bews tar-relikwija.

Tqassim tal-Programm tal-Festa u l-Arbural

Matul dawn il-ġranet se jitqassam il-programm tal-festa ta’ Santa Katarina għal din is-sena.  Mal-programm qed jitqassam envelope biex min ikun jixtieq jagħti donazzjoni għall-festa; dan l-envelope jista’ jinġieb il-knisja jew l-uffiċċju parrokkjali. Inħeggu id-distributuri biex jiġbru il-fuljetti mill-Knisja. Infakkru wkoll fl-arbural, li qed issir b’risq il-festa.

  • Inħeġġu lil kulħadd biex inkunu ġenerużi ħalli nagħmlu festa li tixraq lill-Patruna tagħna, Santa Katarina V.M.
  • Infakkru lid-distributuri ta’ Kliem il-Ħajja biex jieħdu l-kopji ta’ Settembru sa Diċembru mis-Sagrisitja.

Nitolbu għal oħtna mill-parroċċa li għaddiet għall-ħajja ta’ dejjem din il-ġimgħa: Rita Caruana Agħtiha, o Mulej, …

Parrocca Rabat (2)

Avviżi tal-Ħadd

13 ta’ Awwissu 2023

Festa Solenni tat-Tlugħ fis-sema tal-Verġni Marija

  • Nhar it-Tlieta 15 ta’ Awwissu, hija festa kmandata u għalhekk tajjeb li nqaddsuha billi nieħdu sehem fil-quddiesa. Il-quddies nhar it-Tlieta se jkun bħal dak tal-Ħadd.
  • Imbagħad, nhar it-Tnejn, il-quddiesa ta’ filgħaxija tkun dik tal-Festa ta’ Santa Marija. Fil-kappella tan-Nigret, il-quddiesa tkun fil-5.00pm; fil-knisja ta’ Bubaqra, ikun hemm quddiesa fis-6.30pm.

Nhar il-Ħadd tiġi ċċelebrata l-Festa ta’ Santa Marija fil-knisja dedikata lilha f’Bubaqra; għalhekk:

  • L-Erbgħa , il-Ħamis u l-Ġimgħa huma jiem ta’ Tridu. Quddiesa fis-7.00pm.
  • Is-Sibt, Lejlet il-Festa: fis-6.00pm jingħad ir-rużarju u fis-6.30pm, quddiesa.
  • Il-Ħadd, Jum il-Festa: fit-8.00am quddiesa; filgħaxija, fis-7.00, quddiesa kantata bis-sehem tal-kor tal-parroċċa Cantate Domino u barka sagramentali.

Nhar is-Sibt u l-Ħadd li ġej se ssir il-ġabra speċjali għall-festa ta’ ġewwa ta’ Santa Katarina. Inkunu ġenerużi biex nagħmlu festa li tixraq lil Santa Katarina V.M.

Infakkru wkoll fl-arbural tal-Festa ta’ Santa Katarina V. M. Inħeġġu lil dawk kollha li jistgħu biex jagħtu d-donazzjoni tagħhom għall-festa ta’ S. Katarina.

Parrocca Rabat (2)

Avviżi tal-Ħadd

6 ta’ Awwissu 2023

L-arbural għall-festa ta’ Santa Katarina

Infakkru li l-arbural għall-festa ta’ Santa Katarina għal din is-sena huwa miftuħ u kulħadd hu mistieden biex jagħmel l-offerta tiegħu fl-uffiċċju parrokkjali. L-arbural huwa sors importanti ħafna biex ikollna festa titulari xierqa. Napprezzaw il-ġenerozità tagħkom.

Quddiesa b’suffraġju

Il-quddiesa ta’ nhar il-Ħamis filgħaxija se tkun b’suffraġju għall-ħutna li mietu matul ix-xahar ta’ Lulju. Il-familjari huma mistiedna jieħdu sehem.

Ħarġu l-applikazzjonijiet għar-Reffiegħa u forċini fl-istatwa ta’ S. Katarina.

Dawk il-fratelli li huma mseħbin fil-Fratellanza tas-S.S. Sagrament u l-Qalb ta’ Ġesù u jixtiequ jkunu reffiegħa u forċini fl-istatwa ta’ S. Katarina fil-purċissjoni tal-festa huma mitluba jieħdu formola mis-Sagristija.

Korsijiet ta’ Tħejjija għaż-Żwieġ Nisrani (il-Kors ta’ Kana).

F’Ottubru li ġej, se jsiru Korsijiet ta’ Tħejjija għaż-Żwieġ Nisrani (il-Kors ta’ Kana). Dawn isiru f’diversi parroċċi, fosthom fil-parroċċa tagħna. Dawk il-koppji li jixtiequ jibbukkjaw għandhom jagħmlu dan  direttament billi jidħlu fil-websajt ta’ Kana.

L-Arċipriet ser jingħaqad ma’ Grupp ta’ żgħażagħ biex jagħmel parti mill-Cammino ta’ Santiago Di Compostella. Fil-ġranet li se jkun assenti, l-Amministratur se jkun Mons. Karm Camilleri.

Nitolbu għal ħutna mill-parroċċa li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem din il-ġimgħa: Anthony Salerno, Philiomena Zahra, Ursula Bellizzi u Emanuel Grixti

Parrocca Rabat (2)

Avviżi tal-Ħadd

30 ta’ Luju 2023

L-albural għall-festa ta’ Santa Katarina

Navżaw li l-albural għall-festa ta’ Santa Katarina għal din is-sena huwa miftuħ u kulħadd hu mistieden biex jagħmel l-offerta tiegħu fl-uffiċċju parrokkjali. L-albural huwa sors importanti ħafna biex ikollna festa titulari xierqa. Kif tafu illum biex torganizza festa tirrikjedi ħafna flus. Napprezzaw il-ġenerozita’ tagħkom.

Meta jitqassam il-programm tal-festa wieħed ikun jista’ jara r-rendikont tal-festa tas-sena li għaddiet. Bħas-soltu mal-offerta li tingħata fl-albural, tingħata wkoll tifkira żgħira.

Fanijiet fil-Knisja Arċipretali

Kif tistgħu tindunaw inxtaraw Sitt  fanijiet ġodda biex ikunu jistgħu jintuzaw matul dan iż-żmien tas-sajf. Nirringrazzjaw ukoll lill-Fratellanza tal-Madonna tal-Karmnu li taw b’donazzjoni zewġt fanijiet biex jintuzaw fuq l-artal.

Nitolbu għal ħutna mill-parroċċa li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem din il-ġimgħa: Imelda Farrugia u Oliver Goodrum  

Parrocca Rabat (2)

Avviżi tal-Ħadd

16 ta’ Lulju 2023

Illum, il-Ħadd, nagħtu bidu għall-festa tal-Madonna tal-Karmnu fil-parroċċa tagħna. F’12.00 pm isir il-ħruġ tal-vara tal-Madonna tal-Karmnu.

It-Tnejn, fis-6.30 pm, quddiesa għat-tfal: tkun animata mill-membri tal-MUSEUM.

It-Tlieta, fis-6.30 pm, quddiesa li fiha issir il-professjoni u t-tiġdid tal-wegħdiet tal-fratelli u sorelli tal-Fratellanza tal-Madonna tal-Karmnu.

L-Erbgħa, fis-6.30 pm, quddiesa u prezentazzjoni tat-trabi u tat-tfal lill-Madonna.

Il-Ħamis: l-Ewwel Jum tat-Tridu. Fis-6.00 pm għasar tal-Madonna u fis-6.30 quddiesa kantata bil-priedka minn Patri Dun Evan Aquilina . Wara l-quddiesa: funzjoni Marjana fuq l-artal tal-Madonna tal-Karmnu

Matul il-ġranet tat-tridu jkollna saċerdot barrani għall-qrar mill-5.00 pm ‘l-quddiem.

Il-Ġimgħa: it-Tieni Jum tat-Tridu. Fl-10.00 am issir quddiesa għall-morda u l-anzjani. Il-funzjoni ta’ filgħaxija tkun bħal dik tal-jum ta’ qabel.

 

Is-Sibt: it-tielet jum tat-Tridu u Lejliet il-Festa. Filgħodu u filgħaxija jkollna saċerdoti barranin għall-qrar. Fis-6.00 pm għasar solenni u fis-6.30 pm quddiesa kantata. Wara l-quddiesa: ċelebrazzjoni fuq l-artal tal-Madonna tal-Karmnu

 

Il-Ħadd: Jum il-festa. Filgħodu, isir quddies  fis-6.00, fis-7.00 u fit-8.00 (mhux fit-8.30). Fid-9.00 am, Quddiesa solenni mmexxija minn Mons. Michael Bugeja, bil-paneġierku minn Patri Michael Camilleri O.P. Wara jkollna quddiesaFil-11.15 am u fil-5.00 pm. Fis-6.00 pm, Għasar solenni u purċissjoni bil-vara tal-Madonna tal-Karmnu; imexxi Mons. Karm Refalo. Mad-dħul tal-purċissjoni titkanta l-Antifona, tingħad il-Kurunella, tingħata il-Barka Sagramentali u jsir il-bews tar-Relikwija.

Wieħed jista’ jinnota li ġibna lura mir-restawr ix-xbieha tal- Qalb ta’ Marija. Nirrngrazzjaw lill-benefatturi li daħlu għal dan il-proġett. 

 

Nitolbu għal ruħ Mikiel Pace u Gilbert Camilleri u Suor Agnese Chircop li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa: Agħtiha, o Mulej, …

Parrocca Rabat (2)

Avviżi tal-Ħadd

9 ta’ Luju 2023

Korsijiet fit-Teoloġija

Il-Fakulta’ tat-Teologija fl-Univesita’ ta’ Malta tixtieq tistieden lil dawk kollha li jixtiequ japprofondixxu l-għarfien tagħhom dwar it-teoloġija biex jikkunsidraw japplikaw għal wieħed mid-diversi korsijiet li ser jiftħu f’Ottubru li ġej. It-temi li wieħed jista jitgħallem fuqhom huma varji – il-Bibbja, l-istorja tal-Knisja, il-patrimonju ekkleżjastiku, il-bioetika u morali, l-ambjent, il-filosofija, u ħafna oħrajn. Hemm il-possibilta’ li wiehed isegwi kors mhux biss full-time iżda wkoll part-time, u dan parti minnu jsir online. Żuru s-sit tal-Fakulta’ tat-Teoloġija.

Nhar il-Ħamis il-quddiesa ta’ filgħaxija se tkun b’suffraġju ta’ ħutna li mietu matul ix-xahar ta’ Ġunju. Il-familjari huma mistiedna jieħdu sehem.

Nhar il-Ħadd li ġej nagħtu bidu għall-festa tal-Madonna tal-Karmnu bil-ħruġ tal-Vara tal-Madonna min-niċċa, f’nofsinhar.

Nitolbu għal ruħ Andrew Schembri li għadda għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa: Agħtiha, o Mulej, …

Parrocca Rabat (2)

Avviżi tal-Ħadd

2 ta’ Luju 2023

Laqgħa għall-Anzjani: Nhar it-Tnejn fid-9.00am fl-Oratorju. Titmexxa mis-Sinjura Rose Scalpello.

Il-vestizzjoni u l-professjoni tat-terzjarji tal-Madonna tal-Karmnu: nhar it-Tlieta, fil-quddiesa ta’ filgħaxija.

Laqgħa ta’ talb: Nhar l-Erbgħa fil-Knisja ta’ Bubaqra fis-7.15pm.

Nhar il-Ġimgħa hija l-ewwel Ġimgħa tax-xahar: ġurnata ta’ devozzjoni lejn il-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù.

Ġabra tal-Papa: Nirringrazzjaw lil kulħadd għall-ġabra li saret bħala offerta lill-Papa Franġisku matul il-weekend li għadda u li kienet ta’ €1330.

Nitolbu għal ruħ Giuseppa Said li għaddiet għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa: Agħtiha, o Mulej, …

Parrocca Rabat (2)

Avviżi tal-Ħadd

18 ta’ Ġunju 2023

Laqgħa tal-grupp Padre Pio: L-Erbgħa 21 ta’ Ġunju,  fil-kappella ta’ San Ġakbu, fil-5.30pm.Tinkludi r-rużarju u quddiesa.

Taizè Meeting

Mument ta’ talb u riflessjoni fuq stil Taizè, nhar il-Ħamis 22 ta’ Ġunju fit-8.00pm fil-knisja Arċipretali.

Quddiesa tal-Ħadd fis-6.00pm

Nhar il-Ħadd 25 ta’ Ġunju, il-quddiesa tas-6.00pm se tkun animata minn Grupp li se jkanta mużika Gregorjana. Wara se jsir kunċert qasir.

Reffiegħa għall-Vara tal-Madonna tal-Karmnu

Dawk il-fratelli li għandhom is-servizzi meħtieġa u jixtiequ jerfgħu l-vara fil-festa għandhom jagħtu isimhom lill-Arċipriet jew lil xi membru tal-Kumitat sal-aħħar tal-ġimgħa ta’ Ġunju. Il- polza titla’ fil-5 ta’ Lulju.

Offerta ta’ San Pietru

Navżaw li fil-quddies kollu tal-weekend li ġej, se ssir il-ġabra magħrufa bħala l-“Offerta ta’ San Pietru”: din il-ġabra tmur bħala offerta lill-Papa Franġisku u biha nkunu qegħdin nuru l-imħabba tagħna lejh u ngħinuh biex ikun jista’ jifrex dejjem aktar il-ħidmiet tiegħu ta’ karità madwar id-dinja.

Proġett Lunetti Tal-Knisja Arċipretali

Kif tistgħu tinnotaw ċertu xogħol fuq dan il-proġett issa beda. Matul dan is-sajf ukoll se nerġu nduru il-koppletta minn barra biex nevitaw possibilitajiet ta’ dħul ta’ xita wara li ġie nnotata li kien hemm xi ħsarat fuq barra ukoll. Nittamaw li ma mmorrux ħafna “off budget”, pero xogħol li ma jistax ma’ jsirx. Nirringrazzjaw lil min qed jagħti s-sehem tiegħu għal dan il-proġett. Din il-ġimgħa nġabru €1,300. Nirringrazzjawhom u nitolbu għalihom u għall-benefatturi kollha.

Nitolbu għal ruħ Carmela Agius li għaddiet għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa: Agħtiha, o Mulej…

Parrocca Rabat (2)

Avviżi tal-Ħadd

Avviżi tal-Parroċċa  

11 ta’ Ġunju 2023

Illum il-Ħadd niċċelebraw is-Solennità tal-Ġisem u d-Demm ta’ Kristu – il-festa ta’ Corpus.

Fis-6.00pm ssir quddiesa mmexxija minn Mons. Karm Camilleri bis-sehem tal-kor parrokkjali u wara purċissjoni bis-Santissimu Sagrament. It-tfal tal-Ewwel Tqarbina huma mistiedna jieħdu sehem.

Nhar il-Ġimgħa niċċelebraw il-festa tal-Qalb ta’ Ġesù.

Għalhekk it-Tlieta, l-Erbgħa u l-Ħamis ikunu ġranet ta’ kwaranturi: Ġesù Ewkaristija jkun espost għall-adorazzjoni tagħna minn wara l-quddiesa tat-7.45 am sa qabel il-quddiesa ta’ filgħaxija. Fis-6.30pm, quddiesa mmexxija minn Fr Noel D’Amato Camilleri. Matul dawn il-ġranet ikun hemm adorazzjonijiet organizzati; ikun hemm ukoll adorazzjoni organizzata wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.

Il-Ġimgħa, Ġesù Sagramentat ikun espost matul il-ġurnata; imbagħad, fil-5.00pm, adorazzjoni mill-Fratellanza tas-Sagrament u l-Qalb ta’ Ġesù; fis-6.00pm, kant tat-Tieni Għasar, fis-6.30pm, quddiesa konċelebrata li titmexxa minn Mons Charles Attard, ex Arċipriet, u wara purċissjoni bis-S.S. Sagrament li tgħaddi mit-toroq tas-soltu. It-tfal tal-Ewwel Tqarbina huma mistiedna jieħdu sehem.

 

Navżaw li membri tal-Fratellanza tal-Karmnu se jkunu qed jiġbru donazzjonijiet għaċ-ċelebrazzjonijiet interni tal-festa tal-Madonna tal-Karmnu. Tingħata riċevuta uffiċjali.

Restawr tal-Pittura tal-Qalb ta’ Gesu

Illum, Il-Ħadd wara l-quddiesa ta’ filgħaxija se ninawguraw r-restawr tal-Pitura tal-Qalb ta’ Gesu. Grazzi lil Benefattur li għamel tajjeb għall-ispejjez.

Nhar il- Ħadd li ġej, Father’s Day, Quddiesa fiċ-Ċmiterju se ssir fid-9.00am

Proġett Lunetti tal- Knisja Arċipretali

Ħajr lil numru ta’ persuni li qed jagħtu s-sehem tagħhom. Ħajr ukoll lill-Fratellanza tas-Sagrament li offrew 500 Euro għall dan il-proġett.

Nitolbu għal ruħ Carmela Schembri li għaddiet għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa: Agħtiha, o Mulej…

Parrocca Rabat (2)

Avviżi tal-Ħadd

Avviżi tal-Parroċċa  

4 ta’ Ġunju 2023

Proġett Lunetti tal-Knisja Arċipretali

Ilbieraħ ingħata bidu uffiċċjali għax-xogħol ta’ restawr fuq is-saqaf minn ġewwa tal-Knisja Parrokkjali, wara l-ħidma ta’ numru ta’ voluntiera fl-aħħar jiem biex itellgħu t-travi, għas-saqaf temporanju li minn fuqu ser isir ix-xogħol.  Huwa stmat li l-ispiża għal dan il-proġett se tkun madwar €60,000.  Il-Ministeru tal-Kultura se jkun qed jagħti ko-finanzjament ta’ €30,000 waqt li l-kumplament tal-ispiża se jinħarġu mill-Parroċċa, permezz ta’ ġbir li qed isir. Ma’ dan hemm ukoll l-ammont kbir ta’ sigħat ta’ ħidma mogħtija b’xejn minn numru ta’ voluntiera.

Grati lejn kull min qed jikkontribwixxi biex inkomplu nieħdu ħsieb din il-ġawhra li għaddewlna missirijietna.

Nhar il-Ġimgħa se ssir il-festa tal-Qalb ta’ Ġesù fin-Nigret. Għalhekk nhar it-Tlieta, l-Erbgħa u l-Ħamis ikunu jiem ta’ tridu bi tħejjija: fil-5.15pm jkun hemm rużarju u għasar u fis-6.00pm quddiesaimexxija minn Fr Stephen Attard. Nhar il-Ġimgħa fis-6.45am ssir il-quddiesa li fiha jsir it-tiġdid tal-voti mis-Sorijiet u wara adorazzjoni sal-11.30am.Fil-5.30 pm għasar  u fis-6.00pm quddiesa minn Mons. Karm Camilleri. Wara l-quddiesa ssir purċissjoni bis-Santissimu Sagrament li tgħaddi mit-toroq taż-żona. Inħeġġu lit-tfal tal-Ewwel Tqarbina u lill-Fratelli tas-sagrament biex jieħdu sehem.

Nhar il-Ħadd niċċelebraw is-Solennità tal-Ġisem u d-Demm ta’ Kristu – il-festa ta’ Corpus.

Fis-6.00pm ssir quddiesa mmexxija minn Mons. Karm Camilleri bis-sehem tal-kor parrokkjali. Fiha jsir it-tiġdid tal-voti mis-Sorijiet u wara purċissjoni bis- Santissimu Sagrament li tgħaddi mix-Xarolla. It-tfal tal-Ewwel Tqarbina huma mistiedna jieħdu sehem.

Laqgħa għall-Anzjani: Nhar it-Tnejn li ġej fid-9.00am.

Laqgħa ta’ talb: nhar l-Erbgħa fil-knisja ta’ Bubaqra fis-7.15pm.

Prezentazzjoni tat-tfal li se jagħmlu il-Ġriżma tal-Isqof f’Novembru.: Il-Prezentazzjoni se ss ir waqt il- Quddiesa tas-Sibt li ġej fis 6.3opm fil- Knisja Arċipretali.

 

Pellegrinaġġ: Nhar il-Ħamis se jsir pellegrinaġġ għat-terzjarji karmelitani u devoti tal-Madonna, li jsir kull sena Din is-sena se jsir għall-Knisja tal-Madonna tal-Ħniena fil-Qrendi. Tluq mill-venda fis-6.00pm. Min jixtieq jieħu sehem għandu jkellem lil Carmen Farrugia jew lil xi ħadd mill-Kumitat.

 

  • Nitolbu għal ruħ Giovanna Zahra li għaddiet għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa: Agħtiha, o Mulej…