Għeżież,
Is-sliem. Hija tradizzjoni sabiħa li jsir it-tberik tal-familji u ħafna jixtiequh.
Ħsibna li din is-sena noħorġu b’idea li għandha sservi ta’ opportunita’ biex niltaqgħu flimkien minkejja li raħalna kiber ġmielu u ftit diffiċli li fix-xahrejn ta’ wara l-Għid il-Kbir nduru il-familji kollha. Wkoll għandha sservi ta’ opportunita’ li tinvolvu ruħkom fit-tberik tal-familja tagħkom u ta’ darkom.
Għaldaqstant qsamna l-parroċċa f’14 -il żona, fejn f’kull żona se tkun iċċelebrata quddiesa għan-nies tal-madwar. (Ara l-mappa fuq wara ta’ din l-ittra.) Wara l-quddiesa, kull familja tingħata kontenitur bl-ilma imbierek u santa tat-tberik. B’hekk membru tal-familja jista’ jbierek lill-familja u d-dar. Min irid jista’ jirritorna il-kontenitur vojt fil-knisja.
Il-quddiesa tibda fis-7.15pm. Qabel il-quddiesa se jkun hemm servizz tal-qrar u wara l-quddiesa mħeġġin nibqgħu ftit tal-ħin flimkien biex nitkellmu ftit bejnietna f’atmosfera soċjali. Jien se nkun disponnibbli biex min ikun irid ikellimni jkun jista’ jagħmel dan.
Idealment kulħadd jattendi għall-quddiesa fiż-żona ndikata, għaliex l-iskop huwa wkoll li jissaħħaħ is-sens ta’ għaqda fost il-ġirien. Pero jekk għal xi raġuni wieħed ma’ jkunx jista’, huwa mħeġġeġ jattendi f’waħda minn dawn l-attivitajiet, speċjalment f’xi żona viċina. Fl-istess ħin, nfakkru li dan se jkun mument għal dik iż-żona biss u mhuwiex l-iskop ta’ dawn il-mumenti li niġbru nies mill-Parroċċa kollha f’żona waħda. Il-quddies li qed isir fil-kniejjes tagħna se jibqa’ jsir b’mod normali.
Tradizzjonalment fit-tberik wieħed kien jagħti offerta għall-Knisja. Min irid jista’ jibqa’ jagħmel dan. Kull offerta hija apprezzata.
Il-Mulej ibierek lilkom u lill-familji tagħkom,
Date
Zone
Meeting Place
Tuesday 11th April
1
Salib, Triq il-Kbira
Thursday 13th April
2
Triq Matteolo Saliba
Tuesday 18th April
3
Pjazza Bubaqra
Thursday 20th April
4
Tinkludi n-nies li joqogħdu fil-kampanja (Ħlantun, Ħal Far etc)
Triq San Martin
Tuesday 25th April
5
Triq Wied Babu
Friday 28th April
6
Kan Vinċ Balzan
Tuesday 2nd May
7
Ġnien L-Ewropa
Thursday 4th May
8
Il-Ġnien tal-Ġibjun
Tuesday 9th May
9
Bandli
Thursday 11th May
10
Triq Borgo Maggiore
Tuesday 16th May
11
Triq il-Qiegha
Thursday 18th May
12
Triq Fra G. Zammit
Tuesday 23rd May
13
Triq l-Arcipriet Mifsud
Friday 26th May
14
Gnien il-Bennej
Qabel il-ġurnata tkellem mal-ġirien u ara li huma wkoll jafu b’din l-attivita’. Ħeġġiġhom jipparteċipaw.
Dakinhar, il-quddies tibda fis-7.15pm, qabel ikun hemm ħin għal-qrar. Ipprova mur ftit qabel.
Jekk toqgħod fejn ser isir l-attivita’, tista’ toħroġ xi pjanti jew tagħmel xi dawl mal-faċċata.
Jekk joġgħbok tipparkjax il-karrozza tiegħek fejn ser isir l-attivita bejn is-6pm u d-9.30pm.
Jekk taħseb li se tgħajja ħu siġġu miegħek.
Iġbor kontenitur bl-ilma mbierek f’isem il-familja tiegħek u wara bierek id-dar fil-waqt li titlob it-talba fuq wara tas-santa.
Wara l-quddies min irid jista jibqa għal ftit tal-ħin flimkien. Tista’ ġġib xi ħaġa x’taqsam mal-oħrajn bħal xi kejk jew figolla.